Internazzjonali

Imut is-serial killer Rodney Alcala b’kawżi naturali

Magħruf bħala "Dating Game Killer" kien qed jistenna l-piena tal-mewt wara li qatel tifla ta' 12-il sena

Rodney Alcala, is-serial killer magħruf bħala “Dating Game Killer” wara li kien ħa sehem f’television show fis-sebgħinijiet, tilef ħajtu fl-età ta’ 77 sena fi sptar qrib il-ħabs ta’ Kalifornja.

Alcala kien ġie kkundannat għal mewt meta fl-1980 kien instab ħati fost oħrajn għal ħtif u qtil ta’ tifla ta’ 12-il sena. Huwa kien ammetta aktar tard li kien qatel żewġ nisa oħra.

B’kollox Alcala instab ħati li qatel tal-inqas 4 nisa…. bejn l-1977 u l-1979. Dan ifisser li meta kien ipparteċipa fuq il-programm televiżiv huwa kien diġa qatel.

Tul dan ix-show il-parteċipanta mara tagħżel raġel minn 3 biex toħroġ fuq date miegħu… bl-għażla jkun Rodney Alcala.