Sport Sport Ieħor

Imut iż-żagħżugħ involut f’inċident fil-Moto3 fl-eta’ ta’ 14-il sena

Aktar kmien tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ li kien involut f’inċident waqt il-European Talent Cup, Hugo Millan fl-eta’ ta’ 14-il sena. L-inċident seħħ f’MotorLand f’Alcaniz, fi Spanja, biż-żagħżugħ jingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, qabel ittieħed lisptar ta’ Zaragoza, fejn aktar tard tielf ħajtu.

Fi stqarrija l-FIM CEV Repsol Series, qalet li Millan kien involut f’inċident fil-ħames dawra u minkejja l-isforzi tal-paramediċi fuq il-post, Millan ma rnexxielux jibqa’ ħaj.

Għal Millan dan kien l-aqwa staġun hekk kif kiseb diversi postijiet fil-podium fejn saq b’konsistenza filwaqt li kkompeta mal-aqwa sewwieqa fil-kateogrija tiegħu.