Lokali

Inawgurati erba’ pitturi ġodda fil-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar

Inawgurati erba’ pitturi ġodda fil-Parroċċa Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar, propju lejlet il-Festa, mill-Kappillan Patri Joseph Mamo.

Il-pitturi – li juru l-figuri ta’ Aaron, is-Sultan David, Ġwanni l-Battista u San Pawl – ġew ikkummissjonati bħala Katekiżmu li jirrappreżenta s-Saċerdozju, it-Tifħir lill-Mulej, il-Magħmudija u l-Kelma ta’ Alla rispettivament.

Dawn il-figuri bibbliċi kienu mżejna b’qafas tal-injam magħmul minn Charlie Zarb, imnaqqax minn Clive Busuttil u miksi b’deheb ta’ 24 karat minn Jason Farrugia, fuq id-disinji u d-direzzjonijiet tal-artist innifsu, Adonai Camilleri Cauchi.

Ma’ NET News, Adonai Camilleri Cauchi nnifsu tkellem dwar il-ħsieb ta’ dawn il-pitturi, impittrin biż-żejt fuq tila.

Tkellem ma’ Net News wkoll il-Kappillan, Patri Joseph Mamo, li stqarr li din l-idea ilha tinħass biex il-Parroċċa tkompli tissebbaħ b’dawn il-pitturi.