Sport Sport Ieħor

L-ewwel dehriet fl-Olimpjadi għall-atleti Maltin

Kmieni il-Ħadd filgħodu it-tiratriċi Eleanor Bezzina kif ukoll il-plejer tal-Badminton Matthew Abela, kienu fost l-ewwel atletli Maltin li kkompetew f’Tokjo.

Bezzina ikkompetiet fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Air Pistol tal-10 metri fejn ikkompetiet kontra atleti ta’ livell għoli mill-Istati Uniti, mill-Kumitat Olimpiku Russu u mill-Kanada fost l-oħrajn. Bezzina rnexxielha tagħti prestazzjoni tajba bi skor finali ta’ 570 punt, bil-Maltija mistennija terġa tkun fla-zzjoni fid-29 u 30 ta’ Lulju fl-avvenimenti ta’ kwalifikazzjoni tal-Air Pistol tal-25 metru.

Sadanittant, Matthew Abela sar l-ewwel Malti li kkompeta fl-isport tal-Badminton fl-Olimpjadi. Abela ġie fi grupp H fejn lagħab kontra Soren Opti mis-Surinam, kif ukoll kontra Shi You Qi miċ-Ċina. Hekk kif Opti ma pparteċipaw hekk kif kien pożittiv għall-Covid-19, Abela lagħab kontra You Qi, fejn tilef bl-iskor ta’ 2-0 (21-8, 21-9), fi prestazzjoni tajba kontra is-seed numru 11 tar-rankings mondjali.

L-iżgħar atleta Maltija, Sasha Gatt ukoll għamlet l-ewwel dehra tagħha fl-Olimpjadi, fil-heats tal-400metru freestyle. Hi temmet fis-sitt post b’ħin ta’ 4:19:78. Issa Gatt jmissha tikkompeti għada t-Tnejn fl-1500 metru freestyle fit-8.30pm.