Lokali

L-Ombudsman, il-Qorti u l-PSC kollha kienu caħdu l-penali li l-MCAST ried jimponi fuq lettur

L-Ombudsman, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u l-Kummissjon għas-Servizzi Pubbliċi t-tlieta li huma ċaħdu l-pieni li ried jimponi l-MCAST fuq lettur fil-kulleġġ.

F’Marzu tal-2020, il-PSC ddikkjara li proċeduri dixxipplinarji fil-konfront ta’ Peter Gatt kienu nulli u f’Mejju tal-2021 l-Ombudsman ikkonkluda li l-MCAST kienet qed tuża trattament degradanti u oppressiv fil-konfront tal-lettur.

Ftit tal-jiem ilu il-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni mitlub mill-istess Gatt dwar it-trasferiment tiegħu mill-kulleġġ. Dan filwaqt li l-imħallef irrefera għal ċirkustanzi fejn l-istess kulleġġ iddeskriva lil-lettur bħala kompetenti u ta’ kalibru għoli.