Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Ċikliżmu tat-Triq : Anna Kiesenhofer tissorprendi u tirbaħ id-deheb

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Awtrijaka Anna Kiesenhofer issorprendiet il-kumplament tal-kompetituri hekk kif rebħet it-tellieq fiċ-ċikliżmu tat-triq. Iċ-champions Awstrijaka tat-time trial Kiesenhofer, li iddebutat fl-Olimpjadi din is-sena, rnexxielha iżżomm il-vantaġġ li fetħet fil-bidu tat-tellieqa.

Min-naħa l-oħra, Annemiek Van Vleuten, nstemet tgħid lit-tim tagħha li ħasbet li kienet hi fl-ewwel post tat-tellieqa, mingħajr ma kienet konxja li Kisesenhofer kienet ħarbet fuq quddiem. It-Taljana Elisa Longho Borghini rebħet il-midalja tal-Bronż hekk kif temmet fit-tielet post għat-tieni Olimpjadi konsekuttivi.