L-Amerikana Lee Kiefer rebħet il-midalja tad-deheb fil-fencing, biex saret l-ewwel mara Amerikana li għamlet dan fil-kategorija tal-indivdual foil. Kiefer għelber lil Inna Derglazova 15-13 biex rebħet it-tielet midalja tad-deheb għall-Istati Uniti fil-fencing, wara Mariel Zagunis fl-2004 u fl-2008.
Inna Derglazova, mill-Kumitat Olimpiku Russu ħadet il-midalja tal-fidda filwaqt li Larisa Korobeynikova, kisbet il-midalja tal-Bronż.
//= $special ?>