Sport Sport Ieħor

Olimpjadi: Fl-azzjoni l-ewwel tliet atleti Maltin

Hekk kif issa ninsabu fit-tieni jum tal-Olimpjadi, jidħlu fl-azzjoni l-ewwel tliet atleti Maltin.

L-ewwel impenn se jkun għat-tiratriċi Eleanor Bezzina hekk kif fid-9.00am se tkun qed tikkompeti fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-10m Air Pistol. Isegwi fis-12.40 pm, Matthew Abela li se jkun qed jiddebutta f’dawn l-Olimpjadi meta fis-singles tal-badminton se jkun qed jilgħab kontra ċ-Ċiniż Shi Yu Q.

L-aħħar impenn għal jum tal-Ħadd għall-atleti Maltin ikun dak ta’ Sasha Gatt hekk kif fid-8.32pm se tkun qed tikkompeti fil-heat tal-400m tal-għawm.