Ahmed Hafnaoui b’sorpriża rebaħ id-deheb fl-400m freestyle. Hafnaoui kien l-anqas veloċi fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni iżda b’mod sorprendenti rnexxielu jirbaħ il-finali f’ħin ta’ 3:43.36.
Il-favorit li jirbaħ din il-kompetizzjoni, l-Awstraljan Jack McLoughlin irnexxielu jtemm biss fit-tieni post filwaqt li Kieran Smith tal-Istati Uniti temm fit-tielet post u kiseb il-bronż.
Fl-2019 Hafnaoui ma rnexxielux jikkwalifika għal-kampjonat tad-dinja tal-għawm tal-juniors, iżda sentejn wara rnexxielu jikseb id-deheb fl-Olimpjadi.
//= $special ?>