Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Għawm : L-Istati Uniti bl-ewwel midalji f’Tokjo

(Ritratt: EPA)

L-Istati Uniti rebħu l-ewwel midalji tagħhom f’din l-edizzjoni tal-Olimpjadi hekk kif Chase Kalisz u Jay Litherland temmew fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament fl-Individual Medley tal-Irġiel tal-400 metru.

Chase Kalisz rebaħ id-deheb f’ħin ta’ 4:09.42 filwaqt li Litherand temm ftit warajh f’ħn ta’ 4:10:28. L-Awstraljan Brendon Smith rebaħ il-midalja tal-Bronze hekk kif kisb ħin ta’ 4:10.38.

Għal Kalisz din kienet it-tieni midalja Olimpika fil-karriera tiegħu hekk kif kien rebaħ il-midalja tal-fidda fl-istess avveniment f’Rio fl-2016. Hu mistenni jikkompeti fl-Individual Medley tal-200 metru fit-28 ta’ Lulju.