Il-player tal-golf, Bryson DeChambeau rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u b’hekk se jkun qed jitlef il-bqija tal-Olimpjadi. Postu fit-tim tal-Istati Uniti se jkun qed jieħdu Patrick Reed, bil-kompetizzjoni tal-golf tibda nhar il-Ħames.
DeChambeau rebaħ il-Masters tal-golf fl-2018 u l-Open tal-Istati Uniti fl-2020. S’issa kien hemm aktar minn 130 każ pożittiv ta’ Covid-19 minkejja li l-Olimpjadi qed isiru taħt restrizzjonijiet stretti.
//= $special ?>