Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Sparar: Eleanor Bezzina ttemm fis-26 post

It-tiratriċi Maltija Eleanor Bezzina temmet fis-26 post hekk kif ħadet sehem fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-10m Air Pistol. Bezzina kisbet punteġġ ta’ 570 punt.

Minkejja li għar-rawnd finali kwalifikaw 8 tiraturi biss minn 53, dan xorta jista’ jitiqies bħala riżultat sodisfaċenti għal Malta meta wieħed jikkonsidra qabel liem tiraturi Bezzina rnexxielha ttemm. Eleanor Bezzina rnexxielha ttemm qabel tiraturi aktar kwotati minnha bħal dawn mill-Awstralja, r-Russja u l-Istati Uniti kif ukoll rnexxielha ttemm qabel it-tiratriċi li rebħet il-midalja tad-deheb fil-logħob tal-GSSE fl-2019 Jelena Pantovic. Bezzina tkun fl-azzjoni nhar il-Ħamis meta tikkompeti fit-25m Air Pistol.