It-tennista Brittaniku Andy Murray irtira mill-kompetizzjoni tas-singles fl-Olimpjadi wara li ħass uġiegħ f’koxxtu. Murray iżda qal li se jkun qed jikkompeti fil-kompetizzjoni tad-doubles wara li s-Sibt flimkien ma’ Joe Salisbury għelbu lil Franċiżi, Nicolas Mahut u Pierre-Hugues Hubert.
Intant mill-kategorija tan-nisa, is-seed numru wieħed fid-dinja Ashleigh Barty kienet eliminata fl-ewwel rawnd minn Sara Sorribes Tormo hekk kif għelbitha 6-4 6-3. Barty aktar kmieni rebħet it-tieni Grand Slam tagħha f’Wimbledon.
//= $special ?>