Lokali

Pass ieħor xprunat minn proposta tal-Partit Nazzjonalista

Ritratt: PDSA: Professional Diving Schools Association Malta

Tul il-jum tas-Sibt tħabbar li mill-aħħar ta’ Lulju, fin-nofsinhar ta’ Malta, se jkun hemm attrazzjoni ġdida għal bugħaddasa.

Dan hekk kif fil-31 ta’ Lulju se tkun qed titniżżel fil-baħar il-patrol boat P33 – patrol boat mibnija fil-Ġermanja tal-Punent fl-1971 u li intużat mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn l-1992 u l-2005.

Din ser tkun qiegħda fiż-żona ta’ Żonqor Point f’Wied il-Għajn bejn il-bastimenti mgħarrqa u attrazzjonijiet stabbiliti ta’ St. Michael u Melita.

Dan il-proġett li ilu biex jitwettaq għal dawn l-aħħar snin kienet proposta xprunata mill-Partit Nazzjonalista, partikolarment fis-sett ta’ proposti mressqa fid-dokument 2+8; It-triq ‘il quddiem għall-irkupru fis-settur turistiku ta’ pajjiżna.

Għal darb’oħra l-Partit Nazzjonalista wassal sabiex proposta tiegħu ttieħdet b’serjetà mill-Awtoritajiet konċernati għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi bil-għan li attrazzjoni bħal din mhux biss titgawda mill-bugħaddasa lokali iżda ankè sservi ta’ inċentiv għat-turiżmu tant bżonnjuż għall-ekonomija tal-pajjiż.

https://www.facebook.com/PDSAMalta/posts/2923960797869121?cft[0]=AZVJZ1NGiO_Xp8bktITZukvCGUUVVW9oXQx_PtrFuUEpliYp-7laHiqMMeCy0Uqk64EH-dxe8rp1ZuBwwoHQ1EAzac-fA1qKYhtLrjdvhEBSn6EuwlwRGx0bAl6cCsQXWwUzjuxKp82-QcM3VC0sjQAovaaescejHo7_rpZ_V6qGWA&tn=%2CO%2CP-R