Lokali

Tifel ta’ 14-il sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq il-blat f’Tignè

Ritratt: Arkivji

Tifel Ċiniż, residenti Tas-Sliema, spiċċa jissielet għal ħajtu wara li għal xi raġuni waqa’ fuq il-blat fiż-żona ta’ Tignè, f’Tas-Sliema stess.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tas-Sibt filgħaxija meta mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni t-tifel ta’ 14-il sena waqa’ fuq il-blat.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei għa aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta – l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.