Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 94 każ pożittiv ġdid ta’ Covid-19, bil-każi attivi issa jammontaw għal 2,262. It-total ta’ każi li Malta rat minn Marzu 2020 ‘l hawn issa tela’ għal 33,762.
F’pajjiżna, f’Lulju s’issa ġew irreġistrati b’kollox 3,144 każ.
Ta’ tħassib il-fatt li għal darb’oħra reġgħu l-persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Fosthom, persuna qed tingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Madankollu, il-Ministeru tas-Saħħa ma ta l-ebda informazzjoni dwar l-etajiet ta’ dawn jew jekk kienux imlaqqmin.
Min-naħa l-oħra, fortunatament, fl-aħħar sigħat fiequ 126 persuna minn dan il-virus, filwaqt li sal-Ħadd, ingħataw aktar minn 740,000 doża tal-vaċċin, bi ftit aktar minn 370,000 persuna issa huma kompletament imlaqqmin. Kien spjegat ukoll li l-età medja tal-persuni li rriżultaw pożittiv fl-aħħar sigħat hi 33.
L-għadd ta’ mwiet kawża tal-pandemija f’pajjiżna baqa’ 421, hekk kif fortunatament, ħadd ma tilef ħajtu fl-aħħar sigħat. L-aħħar vittma kienet il-mara ta’ 73 sena li tħabbret fl-aġġornament li l-Ministeru għamel is-Sibt.
//= $special ?>