Lura f’Mejju, kienet harget il-konferma li l-poplu Malti u Għawdxi ġie mitlub li jħallas iżżejjed għall- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan wara rapport mhux ufficjali li thejja mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali…u li sab illi l-konsumaturi jaf ġew mġiegħla jħallsu miljuni żejda. Izda wara dan kollu…Miriam Dalli ghadha minghajr soluzzjoni.
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien ammetta fl-2018 li kienu jeżistu “anomaliji” fil-mod kif l-ARMS kienet qed tikkalkula l-kontijiet.
Fl-2018, il-Partit Nazzjonalista kien saħaq li skont studji kkummissjonati mill-partit innifsu 80% tal-kontijiet analizzati dak iż-żmien kellhom xi forma jew oħra ta’ dan l-hekk imsejjaħ żball. Dan kollu b’rabta mal-kontijiet li jinħadmu bis-sistema pro rata fejn fost l-oħrajn minn sample tal-kontijiet tal-elettriku – bl-NAO isib varjazzjoni ta’ aktar minn 10 ewro fi 32 kont fost 85 li ġew eżaminati.
Mistoqsija mit-Times, il-Ministru Miriam Dalli saħqet li iċ-ċifri ghadhom qed jiġu studjati u li kwalunkwe sistema magħżula m’għandha taffettwa l-ebda settur jew familja li jagħmlu minn kollox biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.
“Qed inħarsu lejn il-figuri. Kwalunkwe sistema li niddeċiedu bħala gvern ma tistax tiġi ssimplifikata jew tippenalizza lil xi ħadd,” qalet Miriam Dalli, u żiedet li l-gvern ikun qed jistenna r-rapport finali tan-NAO qabel ma jieħu xi deċiżjonijiet dwar din il-kwistjoni.
Il-Gvern Laburista diġà ilu 3 snin li wiegħed li din is-sistema kellha tiġi riveduta wara li l-eks PM Joseph Muscat kien wiegħed li jekk kien hemm lok fejn is-sistema tittejjeb, u l-Gvern kellu jieħu azzjoni.
Il-Gvern Laburista ilu mill-2018 b’rapporti li l-ARMS kienet qed tiċċarġja lill-poplu żżejjed….iżda dwar dan kollu baqa’ ma għamel xejn.
Ricentament, il-PN ha inizjattiva ohra biex isemmi l-vuci tan-nies – dan meta ingabru l-ismijiet ta’ dawk li huma interessati jiggieldu ghal din il-kawza gusta.
//= $special ?>