Lokali

Id-dell ikrah tal-Gvern Laburista: Jispikkaw għadd ta’ kummenti fuq it-Times tar-RU

Jispikkaw numru ta’ kummenti fuq artiklu tas-Sunday Times tar-Renju Unit… hekk kif dawn iddeksrivew lil Malta bħala post li jaghti kenn għall-korruzzjoni. L-artiklu kien primarjament riklam għal Malta…  iżda l-kummenti li kellu tahtu ħadmu bil-kontra, hekk kif kienu bosta dawk li kritikaw lil Malta għal diversi raġunijiet.

L-artiklu kien mimli b’tifħir dwar il-liġijiet favorevoli tat-taxxa, il-klima xemxija u l-iskema tal-passaport.

Madankollu, bosta kummenti talbu biex l-artiklu jkun korrett u jgħid dak li qed jiġri f’Malta b’uħud jsemmu kif hawn ħafna li qed jiġu fuq din il-gzira minħabba li din tati lok għal abbuż. Persuna partikolari qalet  li Malta hija xemxija iżda għandha dell ikrah fuqha minħabba l-iskandli ta’ ċertu persuni li għandhom pożiżżjoni għolja

Persuna partikolari semmiet kif Malta issa tinsab fuq il-greylist tal-FATF u issa tinsab fuq il-lista high risk tar-Renju Unit għall-ħasil ta’ flus.

Kummenti oħra li spikkaw kienu li Malta saret kenn għall-korruzzjoni u l-kriminali li jieħdu vantaġġ mill-ambjent tal-pajjiż. Oħrajn kritikaw l-iżvilupp masiċċ li qed isir u l-qerda tal-ambjent, fejn qalu li l-Belt Valletta u l-madwar huma sbieħ, iżda sfortunament Malta hija mniġġsa,  u mill-ġdid f’dan il-kuntest, issemma kif il-Gvern qed jagħti lok li jitwettaq l-abbuż.