Futbol Sport

John Terry iħalli lil Aston Villa

(Ritratt: EPA)

L-assistant kowċ ta’ Dean Smit, John Terry ħalla lil Aston Villa hekk kif mistenni jinħatar f’irwol ta’ kowċ.

John Terry kien issieħeb ma’ Aston Villa bħala player fl-2017 meta kien ħalla lil Chelsea fejn wara nħatar assistant kowċ fejn dam jokkupa għal din il-kariga għall-aħħar tliet snin. F’kummenti mas-sit uffiċjali ta’ Aston Villa, John Terry qal li kien privileġġ għalih li kien parti mill-istaff tekniku ta’ Aston Villa iżda ħass li issa huwa l-mument opportun sabiex jimxi l-quddiem fil-karriera tiegħu ta’ kowċ.