Lokali

L-avukat Michael Piccinino jitfa’ n-nomina tiegħu għal Segretarju Ġenerali tal-PN

Wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie elett fl-Eżekuttiv tal-PN, l-avukat Michael Piccinino dalgħodu tefa’ in-nomina għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Dan ħabbru hu stess permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.

“Qed nagħmel dan għax nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu l-bidla li hemm bżonn għall-Partit, u fuq kollox, għal pajjiżna.Grazzi lill-Kap Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali preżenti Francis Zammit Dimech għall-inkoraġġiment tagħhom sabiex nagħmel dan il-pass.”

L-avukat Piccinino irringrazzja lill-attivisti kollha li fl-aħħar ġimgħat u ġranet ikkuntattjawh biex jaqsmu miegħu diversi ideat. “Flimkien irridu nsaħħu l-Partit tagħna ħalli pajjiżna jkollu l-għażla li jelleġġi gvern li jixirqilna”, sosta Michael Piccinino.