Lokali

Lejn il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2021

Għal sena oħra waqt il-Festi tal-Indipendenza li ser isiru matul ix-xahar ta’ Settembru ser jiġu organizzati l-Konkorsi Kanzunetta Indipendenza – it-30 edizzjoni tal-KKI u s-6 edizzjoni tal-KKI Junior.

Din is-sena, wara nuqqas ta’ tliet snin, dawn iż-żewġ konkorsi ser ikunu qed jirritornaw fil-post naturali tagħhom; fuq il-Fosos tal-Floriana. Naturalment, dan se jkun possibbli dejjem b’rispett sħiħ u sakemm ikunu jippermettu l-linji gwida mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa b’rabta mal-imxija tal-Covid 19.

Net News tkellem ma’ Robert Cutajar, li qed jieħu ħsieb il-kumitat organizzativ ta’ dawn il-festivals fejn tana iktar informazzjoni ta’ kif wieħed jista’ japplika għall-dan il-festival.

Spjegalna ukoll x’inhi l-fażi ta’ wara li jiġu ssottomessi l-applikazzjonijiet.

It-temi tal-kanzunetti huma fl-għażla libera tal-awturi jew il-kompożituri, filwaqt li t-tema ta’ kull kartolina abbinata ma’ kull finalist ser tkun tittratta l-ambjent.

Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li ser ikunnu qed jittellgħu fis-17 u 18 ta’ Settembru jibqghu kull sena żewġ avvenimenti importanti fil-kalendarju tal-mużika u lirika oriġinali Maltija.