Basketball Sport

Malta megħluba mill-Kosovo għat-tielet post

Kosovo ……. 70

Malta ……….. 60


Bla dubju arja ta’ diżappunt fi ħdan it-tim Nazzjonali Malti tan-nisa li f’Ċipru fil-Kampjonat tal-FIBA għall-Pajjiżi Żgħar fallew milli jirbħu l-midalja tal-bronż b’telfa kontra Kosovo deċiża fl-aħħar sessjoni.

Kienet it-tielet telfa konsekuttiva għat-tim Malti fejn mir-rebħa kontra Andorra, waslu t-telfiet kontra Irlanda u Lussemburgu. Kontra Kosovo it-tim Malti fetaħ aggressiv tant li ddomina l-ewwel sessjonoi 26-19 . Minkejja li fit-tieni sessjoni kienu Kosovo li rebħu s-sessjoni 18 – 13 it-tim Malti żamm il-vantaġġ ta’ 37 – 39. Fit-tielet sessjoni it-tim Malti rebaħ is-sessjoni 13- 11 biex għalaq 52 – 48 fil-vantaġġ.L-aħħar sessjoni iżda it-tim Malti safa’ ssuperat għal kollox fejn għat 22 punt ta’ Kosovo ir-risposta mit-tim ta’ Angela Adamoli kienet biss ta’ tmien punti bil-Kosovo jgħalqu l-partita 70 – 60

L-aħjar scorer għat-tim Malti kienet Josephine Grima bi 18 il-punt filwaqt li Stephanie Demartino għamlet 17 il-punt. Il-punti l-oħra waslu disa’ minn Kristy Galea, tmienja minn Samantha Brincat, ħamsa minn Sophie Abela bi Christina Curmi u Maria Bonett jgħamlu żewġ punti u punt rispettivament.