Futbol Sport

Manchester United viċin li jakkwistaw lil Raphael Varane

(Ritratt: EPA)

Manchester United jinsabu viċin ferm li jakkwistaw lid-difensur ta’ Real Madrid, Raphael Varane hekk kif jidher li r-Red Devils laħqu ftehim mal-player, bl-unika ftehim li għad irid jintlaħaq ikun ma’ Real Madrid.

Varane bħalissa qed jitħarreġ ma’ Real Madrid wara li rritorna mill-vaganzi wara l-Euro 2020. Varane jidher li se jkun qed jirrispetta d-deċiżjoni ta’ Real Madrid minkejja li x-xewqa tal-player hija li jissieħeb ma’ Manchester United.

Manchester United huma wieħed mill-aktar timijiet attivi f’dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif akkwista lill-attakkant Jadon Sancho u jidher li l-futur tal-midfielder Paul Pogba huwa wieħed inċert.