L-atleta Oksana Chusovitina ħabbret li se tirtiraw wara li kkompetiet fi tmien Olimpjadi fil-karriera tagħha. Chusovitina li għandha 46 sena ħabbret dan wara li kkompetiet għal Uzbekistan fil-kwalifikazzjoni tal-vault.
L-ewwel dehra ta’ Chusovitina fl-Olimpjadi kienet fl-Olimpjadi ta’ Barċellona fl-1992 meta kienet temmet fl-14-il post u naqset milli tikkwalifika għall-finali. Matul il-karriera tagħha, Chusovitina rebħet 11-il midalja Olimpika fosthom erba’ tad-deheb. Fl-2020 hi ġiet ivvutata bħala l-Atleta tad-Diċenja fl-Uzbekistan.
//= $special ?>