Iċ-ċiklista Brittaniku Tom Pidcock rebaħ id-deheb fil-cross country tal-mountain bike tal-irġiel. Pidcock irnexxielu jieħu l-kmand f’nofs it-tellieqa hekk kif irnexxielu jtemm qabel l-Iżvizzeru Mathias Flueckiger u l-Ispanjol David Valero.
Ir-rebħa ta’ Pidcock waslet xahrejn wara li kiser il-collarbone fit-taħriġ u kien irritorna jsuq ir-rota sitt ijiem wara l-operazzjoni fejn kien stqarr li se jieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.
//= $special ?>