Fit-Tokyo Aquatics Centre , it-tieni dehra fl-Olimpijadi ta’ Tokjo għall għawwiema Sasha Gatt Fil-heat numru 1 tal-1500 metru freestyle flimkien maż-żewġ għawwiema Katrina Bellio tal-Kanada u Arianna Valloni ta’ San Marino .
Il-heat intrebaħ minn Bellio f’16 il-minuta 24.37 sekondi b’Valloni fit-tieni post b’Sasha Gatt fit-tielet post f’16 il-minuta 57.47 li huwa ferm il-bogħod mill-aħjar ħin tagħha dak ta’ 16 il-minuta 38.75 sekondi.
Għada l-attenzjoni tmur fuq il-weightlifter Yazmin Zammit Stevens. Fl-istorja tal-parteċipazzjoni Maltija f’Olimpijadi, Zammit Stevens hija l-ewwel weigħtlifter f’Olimpijadi. Fit-Tokyo International Forum, hija se tieħu sehem fil-kategorija 64 kilogram. Fi Grupp B flimkien ma Zammit Stevens il-weightlifters Kiana Rose Elliott tal-Awstralja, Chaima Rahmouni tat-Tunezija u Sema Nancy Ludrich Rivas tan-Nicaragua.
F’Tokyo flimkien ma Yazmin Zammit Stevens hemm wkoll il-kowċ Jesmond Caruana. Għada wkoll fit-Tokyo Aquatics Centre, Andrew Chetcuti jkun qed jipparteċipa fit-tielet Olimijadi tal-karriera wara Londra fl-2012 u Rio fl-2016. Andrew Chetcuti ser ikun fit-tielet lane fit-tielet heat tal-100 metru freestyle.
//= $special ?>