Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Skateboarding: Momiji Nishiya tikteb l-istorja meta tirbaħ l-ewwel deheb f’dan l-isport

(Ritratt: EPA)

Il-Ġappuniża ta’ 13-il sena Momiji Nishiya rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-iskateboarding wara li għelbet l-isfida tal-Brażiljana Rayssa Leal u l-Ġappuniża Funa Nakayama. Dan kien l-iżgħar podju fl-istorja tal-Olimpjadi hekk kif l-età medja kienet ta’ 14-il sena 191 ġurnata.

L-iskateboarding huwa wieħed mill-ħames dixxiplini sportivi ġodda li kienu nklużi f’dawn l-Olimpjadi.