L-Editor-in-chief tat- Times of Malta Herman Grech waqt intervista stqarr li politiku minn naħa tal-gvern kien tah parir biex ifittex protezzjoni tal-pulizija.. kemm għalih innifsu u għal żewġ ġurnalisti tiegħu minħabba r-rappurtaġġ dwar il-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
“Riċentement, dwar il-każ Daphne, xi ħadd fil-Gvern qalli, li għandi bżonn nikseb protezzjoni tal-pulizija għalija u għal tnejn mill-ġurnalisti tiegħi u li jaf x’inhu jitkellem dwaru,” Herman Grech qal waqt podcast reċenti fuq The Interviewer ta’ Trudy Kerr.
“Kelli nfittex il-protezzjoni mill-pulizija għax qed nittrattaw ma’ wħud mill-agħar kriminali li qatt rat Malta.”
//= $special ?>