Lokali

Tikkunsmax dan il-prodott

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà li l-ġulġlien li ntuża fil-prodott huwa kkontaminat bil-pestiċida (Ethlyene oxide).

F’dawn l-aħħar xhur instab li l-kimika ethylene oxide setgħet kienet qed tintuża biex tikkontrolla xi mikrobi fil-ġulġlien esportat mill-Indja. Madankollu, l-użu ta’ ethylene oxide mhux approvat.