Lokali

Tinstab bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-bajja ta’ Marsaxlokk

Fl-aħħar ħinijiet kienet evakwata l-bajja ta’ Marsaxlokk wara li nstabet bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Jidher li matul il-ġurnata, kienet għaddejja ħidma konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett u l-Forzi Armati.

Kelliem għall-pulizija kkonferma li għall-ħabta tal-11:15am instab dak li huwa potenzjalment splussiv, maħsub li huwa bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija. Għadu mhux magħruf jekk l-apparat huwiex bomba li ma splodietx jew sempliċement il-qoxra ta’ bomba antika.

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Bajja ta’ Marsaxlokk kienet tintuza bħala bażi għal flotta ta’ ajruplani. Dak iż-żmien, mietu aktar minn 1,500 persuna u eluf oħra ndarrbu. Pajjiżna kien ra ‘l fuq minn 3,000 raid bl-ajru u madwar 17-il elf tunnellata ta’ bombi.