Lokali

AIR MALTA: Il-Gvern jinjora l-pariri ta’ espert fil-qasam tal-avjazzjoni

Il-Kap Eżekuttiv ta' Ryanair jgħid li l-pariri tiegħu ġew injorati u Ian Borg jattakka b'partiġġjaniżmu

Suġġerimenti mgħotija mill-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair David O’Brien lill-awtoritajiet Maltin dwar kif l-Air Malta tista’ toħroġ mill-kriżi li kienet fiha ġew injorati kompletament.

Dan stqarru l-istess O’Brien meta kien qed iwiegeb għal mistqosija ta’ netnews.com.mt dwar x’pariri jista’ jagħti lill-Gvern biex jgħin jorħoġ lil-linja Nazzjonali tal-ajru Maltija minn sitwazzjoni prekarja.

O’Brien qal li hu kien ta l-paririt tiegħu lill-awtoritajiet “imma injorawni”

Din il-mistoqsija saret waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-ewwel titjira tal-Malta Air, bl-ajruplan il-ġdid.

Din il-kumpanija li hija sussidjarja ta’ Ryanair, bdiet topera f’pajjiżna sentejn ilu u rat it-twelid tagħha minn zmien Konrad Mizzi.

Intant, preżenti għall-konferenza tat-Tlieta kien hemm il-Ministru Ian Borg bħala l-Ministru responsabbli mit-trasport.

Iżda għal mistoqsija diretta lilu dwar kemm hu komdu jintrabat ma’ attività li kienet imnedija mill-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi, Borg l-ewwel prova jirridikola l-mistoqsija.

“NAĦSEB LI KONRAD MIZZI QATT MA KIEN JAĦDEM MAR-RYANAIR

It-tnedija ta’ Malta Air minn Konrad Mizzi fl-2019

Imbagħad, iddeċieda li jattakkana b’mod partiġġjan., u dawwar il-mistoqsija fuq il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair.

Ironikament, il-Ministru Laburista fil-messaġġ tiegħu fil-konferenza ftaħar bil-mod kif Ryanair għażlet lil Malta għal dan l-investiment. Differenza kbira minn meta Gvern Nazzjonalista ħa d-deċiżjoni  li jiftaħ is-suq lil linji tal-ajru low-cost. Dakinhar il-labour kien kritika l-mod kif intlaqgħet l-ewwel titjira tar-Ryanair fl-istess mitjar bħala “lagħqiżmu”.

Id-Deċiżjoni tant kritikata mill-Labour kienet filfatt storja ta’ suċċess, kif ikkonferma l-istess Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair.

“RYANAIR GROUP IS AND WILL CONTINUE TO BE A SIGNIFICANT CONTRIBUTOR TO MALTA’S ECONOMY

Il-Ministru Ian Borg, minn naha tieghu, baqa’ jinsisti li jagħti din it-tweġiba dwar l-eks kollega tiegħu Konrad Mizzi billi jgħid li mhux vera li l-Minstru Konrad Mizzi ried ikollu tarbija ma’ Malta Air.

Fl-ebda ħin dan is-sit ma qal li l-Ministru Konrad Mizzi ried ikollu tarbija ma’ Malta Air, iżda anke hawn, Ian Borg baqa’ jilgħab bil-partiġjaniżżmu politiku.