Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 142 każ ġdid ta’ Covid-19 fil-Gżejjer Maltin biex b’hekk il-każi totali f’pajjiżna minn Marzu 2020 żdiedu għal 33, 904.
Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li filwaqt li fortunatament bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma ġiet irrapportata ebda fatalità kawża tal-virus, fiequ 174 persuna.
Dan ifisser li l-każi attivi naqsu għal 2,230.
Minkejja dan it-tnaqqis, fl-aħħar erbat ijiem pajjiżna xorta waħda ra żieda ta’ 534 każ ġdid.
Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-età medja mill-94 każ irrapportat tul il-jum tat-Tnejn..kompliet tiżdied – din id-darba għal 34 sena.
Madanakollu għad-differenza tal-jiem ta’ qabel il-Ministeru ma tax ħjiel dwar l-età tal-pożittivi.
Intant ġie spjegat li l-persuni rikoverati l-Isptar Mater Dei wara li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 naqsu għal 37 fl-aħħar 24 siegħa…b’persuna minnhom rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>