Sport Sport Ieħor

Daniel u Joseph Tanti jissieħbu ma’ KeyJey Ragusa fis-Serie A2

I-ż-żewġ aħwa plejers tal-handball Daniel Farrugia Tanti kif ukoll Joseph Tanti issieħba mal-club tas-Serie A2 KeyJey Ragusa, fl-Italja. Daniel Tanti jilgħab bħala goalkeeper filwaqt li Joseph jilgħab bħala full-back.

L-aħwa se jingħaqdu mat-tim immexxi minn Mario Gulino, b’ taħlita ta’ plejers mill-Ewropa kif ukoll mill-Amerika t’Isfel. L-istaġun li għadda kienu qed jilagħbu għal Messina fis-Serie A2, b’Daniel Tanti saħansitra jkun parti integrali mit-tim nazzjonali Malti tal-handball.