Sport Sport Ieħor

Dylan Cachia jirbaħ ir-raba’ tellieqa tal-Kampjonat Garmin BSJ Open Water Swimming

Dylan Cachia rebaħ ir-raba’ tellieqa tal-Kampjonat Garmin BSJ Open Water Swimming meta temm il-korsa ta’ 2km fi 22 minuta u 52 sekonda. Din kienet it-tieni rebħa f’dan il-kampjonat wara r-rebħa tiegħu ta’ nhar l-Erbgħa.

Fit-tieni post temm Luca Vella b’ħin ta’ 26 minuta u 14-il sekonda filwaqt li fit-tielet post spiċċa Caine Schembri b’ħin ta’ 26 minuta u 19-il senkonda.

Fil-kategorija tan-nisa Sarah Demicoli kompliet id-dominju tagħha meta temmet fl-ewwel post f’ħin ta’ 26 minuta u 19-il sekonda. Maya Schembri Rodgers temmet fit-tieni post b’ħin ta’ 27 minuta u 20 sekonda filwaqt li fit-tielet post daħlet Leah Satariano f’ħin ta’ 29 minuta u 8 sekondi.

It-tellieq li jmiss tal-Garmin BSJ Open Water hija nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju b’għawma ta’ 4km.