Sport Sport Ieħor

Emmanuel Bugeja jirbaħ l-l-MSSF Ġorġ Bugeja Memorial Trap Grand Prix 2021

Emmanuel Bugeja rebaħ l-MSSF Ġorġ Bugeja Memorial Trap Grand Prix għas-sena 2021, bi Brian Galea jikklasifika fit-tieni post filwaqt li James Galea Jr. ikklasifikaw fit-tielet post.

Din il-kompetizzjoni saret fil-Qormi Clay Shooting Club, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Emmanuel Bugeja 119/125; Brian Galea 114/125; James Galea Jr. 114/125; Rennie Deguara 110/125; George Mifsud 108/125; u Michael Grech 103/125.

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: Emmanuel Bugeja 44/50, Brian Galea 41/50, James Galea Jr. 33/40, George Mifsud 29/35, Michael Grech 21/30, Rennie Deguara 15/25