Lokali

“Ġurnalisti jridu jfittxu protezzjoni tal-Pulizija” – Bernard Grech

“Dan hu l-legat tal-Gvern Laburista. Ġurnalisti jridu jfittxu l-protezzjoni tal-Pulizija biex jagħmlu xogħolhom, wara li l-istat immexxi minn Joseph Muscat, b’Robert Abela maġenbu, ħoloq ambjent fejn l-impunità u l-korrotti jirrenjaw.”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech f’post fuq il-media soċjali wara li lbieraħ ħarġu dettalji ġodda dwar informazzjoni li kienet waslet għand l-editur tat-Times, biex hu u żewġ ġurnalisti jsibu protezzjoni tal-Pulizija.

Bernard Grech qal li l-ġurnalisti huma kruċjali għad-demokrazija u l-protezzjoni tagħhom tkun garantita meta l-istat ma jattakkahomx għal dak li jagħmlu. Il-protezzjoni tagħhom tkun garantita meta l-istat ma jħallasx nies biex jiskreditaw xogħol il-ġurnalisti, stqarr il-Kap tal-PN.

“Jien u l-Partit Nazzjonalista ser inkomplu naħdmu biex il-ġurnalisti u l-media houses ikunu jistgħu jaħdmu mingħajr biża’ u b’mod tassew indipendenti. Pajjiż demokratiku modern għandu bżonn ġurnaliżmu ħieles u b’saħħtu. Pajjiż demokratiku modern għandu bżonn ġurnaliżmu ħieles u b’saħħtu.”