Lokali

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jaġixxi – PN

Ix-xhieda li nstemgħet fil-Qorti llum tikkonferma għal darb’ohra kemm għad baqa’ xi jsir biex issir ġustizzja u kull min kien involut fil-korruzzjoni tal-powerstation tal-Electrogas jitressaq il-qorti akkużat bir-reati kriminali.
Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, is-Sigurta’ Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza Beppe Fenech Adami qal li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’ għandu f’idejh fatti li jilkonfermaw dak li issa ilu magħruf min kulħadd: Daphne Caruana Galizia nqatlet għax kienet taf wisq fuq is-serq u l-korruzzjoni tal-klikka madwar Joseph Muscat.
Quddiem dan kollu l-Kummissarju Angelo Gafa għandu r-responsabiltá fuq spallejh li jitressqu
mingħajr aktar tkaxkir tas-saqajn dawk kollha involuti fl-iskandlu u s-serq tal-miljuni filproġett tal-Electrogas.
L-oppożizzjoni issa stenniet biżżejjed. Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jaġixxi.

Jekk ma jagħmilx hekk ikun qed jikkundanna lilu nnifsu bħala kummissarju bħal dak ta qablu – li ħares u pproteġa l-interessi tal-ftit fuq l-interessi tal-ġustizzja u s-sewwa, ittemm l-istqarrija.