Lokali

Imut il-kantant Nunzio Galdes

Tħabbret il-mewt tal-kantant Nunzio Galdes, fl-età ta’ 86. Hu l-aktar li kien popolari fis-snin 50 u 60, partikolarment b’kant Taljan u Naplitan. Magħruf l-aktar għall-vuċi qawwija li kellu, għalkemm bl-istil uniku tiegħu.

Matul il-karriera tiegħu, kien jipparteċipa fi spettakli mogħtija minn kantanti Taljani, filwaqt li kien rebaħ il-Festival Canzoni d’Oggi u ġie t-tieni f’festival li kien organizzat fil-Ġonna tal-Argotti.

Meta kien impjegat mal-Qawwa Navali Ingliża, kien ikanta wkoll f’diversi pajjiżi li kien iżur, fosthom l-Olanda, l-Italja, il-Greċja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Kanada. U f’pajjiżna, kanta wkoll diversi postijiet tad-divertiment, iżda wkoll matul programmi li kienu jixxandru fuq ir-Rediffusion u l-Malta Television.