Ekonomija Lokali

Is-CEO ta’ kumpanija ewlenija f’Malta iwissi dwar id-daqqa fuq ir-reputazzjoni

Hemm urġenza li Malta toħroġ mill-greylist tal-Financial Action Task Force…bil-għan li tevita l-għawġ li jista’ jasal fl-industrija tal-logħob online..kawża ta’ reputazzjoni ħażina.

Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Żvediża Kindred Group Henrik Tjjärnström waqt webcast fejn insista li huwa importanti li l-pajjiż jieħu kull pass neċessarju biex is-sitwazzjoni titjib.

Huwa insista li l-inkwiet ewlieni tiegħu kien fuq ir-reputazzjoni negattiva li jaf iġarrab is-settur, aktar mill-impatt dirett fuq il-kumpanija Żvediża persè.

Madanakollu nsista li l-kumpanija nfisha qed tgħin b’dak kollu possibbli biex ir-reputazzjoni tal-pajjiż titjieb. Dan hekk kif fl-aħħar snin, xprunata minn Gvern Nazzjonalista, din l-industrija ssaħħet b’mod sostanzjali fil-Gżejjer Maltin b’madwar 13% tal-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżna.

F’Malta l-kumpanija Kindred timpjega madwar 350 persuna.