Lokali

Iweġġa’ gravi wara li idu nqabdet f’high-up

Raġel ta’ 40 sena miż-Żurrieq sofra feriti gravi wara li idu nqabdet f’high-up waqt li kien qed jaħdem f’Ħal Qormi.

Jirriżulta li, għal-ħabta tas-1.45pm, ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq l-Għadam meta, għal xi raġuni, kien involut fl-inċident.

Fil-post, hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’Ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.