Lokali

Kjuwijiet twal quddiem il-Parlament għat-tilqima

Minn kmieni dalgħodu, kjuwijiet twal ta’ nies, fil-maġġoranza kbira tagħhom barranin, inġabru quddiem il-Parlament fejn intrama ‘mobile unit’ għat-tilqim mingħajr appuntament.

Kif jixhdu dawn ir-ritratti mibgħuta minn nies fuq il-post, il-kjuwijiet kienu jibqgħu sejrin sa mad-dawra tat-Teatru Rjal, b’ħafna jesprimu tħassib għall-fatt li għal darb’oħra ma jidhirx li hemm organizzazzjoni sabiex il-kju josserva d-distanzi soċjali.

RITRATT: Martin Agius

Intant, skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, iktar minn 740,000 persuna ingħataw doża tal-vaċċin bi ftit iktar minn 370,000 minnhom huma kompletament imlaqqmin.