Sport Sport Ieħor

Nathan Galea magħżul bħala Umpire fil-EuroHockey Championship

L-umpire Malti Nathan Galea ġie magħżul biex jikkontrolla partita fil-EuroHockey Championship III li se jkunu qed isiru f’Lousada fil-Portugall bejn l-1 u s-7 t’Awwissu.

Galea ilu umpire sitt snin fejn ikkontrolla numru ta’ partiti lokali kemm f’livell tal-youths u anke seniors. Galea kellu wkoll esperjenza barra minn pajjiżna fejn kellu l-opportunità li jikkontrolla partita fl-Iskozja, l-Irlanda u Spanja u kien ukoll l-ewwel umpire li kkontrolla partita mill-EuroHockey III li saru f’Ġibiltà fl-2019.