L-għawwiem Malti Andrew Chetcuti temm fit-tieni post fit-tielet heat tal-100 metru freestyle fl-Olimpjadi li qed isiru f’Tokjo. Minkejja dan, ir-riżultat miksub minn Chetcuti ma kienx biżejjed biex jikkwalifika għas-semi finali.
Chetcuti rnexxielu jidħol f’ħin ta’ 51.47 sekondi wara Mokhtar Al-Yamani tal-Yemen, li temm l-għawma tiegħu f’50.52. Għall-Chetcuti din kienet it-tielet esperjenza fejn rrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi, wara Londra fl-2012 u Rio fl-2016.
//= $special ?>