Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Għawm : Tom Dean jirbaħ id-deheb fil-200 metru freestlye

(Ritratt: EPA)

Tom Dean rebaħ il-midalja tad-deheb fil-200 metru freestyle wara li kiseb ħin ta’ 1:44:22, li huwa rekord nazzjonali għal Gran Brittanja. Dean kien dubjuż jekk hux se jkun parti mill-kontinġent Brittaniku għall-Olimpjadi wara li ftit xhur ilu kien pożittiv għall-Covid-19 għat-tieni darba, fejn kellu jqatta’ seba’ ġimgħat barra mill-azzjoni.

Il-midalja tad-deheb intrebħet mill-kompatrijott Duncan Scott li daħal f’ħin ta’ 1:44:26, biex il-midalja tal-Bronż intrebħet mill-Brażiljan Fernando Scheffer.