Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Ġinnastika: Il-Kumitat Olimpiku tar-Russja jikseb id-deheb

(Ritratt: EPA)

Nikita Nagornyy mexxa lit-tim tal-ġinnastika artistika tal-irġiel tal-Kumitat Olimpiku tar-Russja fir-rebħ tal-midalja tad-deheb. Is-suċċess wasal a spejjeż tal-Ġappun – rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Rio. Fit-tielet post spiccat iċ-Ċina. It-tim Russu flimkien ma’ Nagornyy kien magħmul minn Artur Dalaloyan, David Belyavskiy u Denis Abliazin . L-aħħar darba li r-Russja rebħet il-midalja tad-deheb fil-ġinnastika artistika tal-irġiel kien f’Atlanta fl-1996