Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Ġinnastika : Simone Biles tirtira mill-finali tat-timijiet

(Ritratt: EPA)

Il-Ġinnasta Amerikana Simone Biles kellha tirtira mill-finali tat-timijiet wara li sofriet injuty fl-għaksa waqt li kienet qed tagħmel il-manuvra tal-vault. Jordan Chiles ħaditilha postha fit-tim Amerikan fejn irnexxielhom jiksbu l-midalja tal-fidda.

Il-Kumitat Olimpiku Russu rebaħ il-midalja tad-deheb filwaqt li l-Gran Brittanja rebħu l-Bronż. It-tim Amerikan kienu l-favoriti li jirbħu d-deheb f’din l-edizzjoni wara li rebħu ħames Kampjonati Mondjali fl-2011, 2014, 2015, 2018, 2019, kif ukoll żewġ midalji tad-deheb fl-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Olimpjadi f’Londra kif ukoll f’Rio.

Filwaqt li Biles hija l-aktar ġinnasta Amerikana li kisbet suċċess fejn rebħet 4 midalji tad-deheb u waħda tal-Bronż f’Rio, hi jonqosha erba’ midalji oħra sabiex tkun l-aktar ġinnasta li kisbet suċċess fl-istorja ta’ dan l-isport.