Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Judo : Nora Gjakova tirbaħ it-tieni midalja tad-deheb għall-Kosovo

(Ritratt: EPA)

Il-pajjiż sorpriża sa issa fl-Olimpijadi ta’ Tokjo jibqa’ l-Kosovo. Ir-rebħ tat-tieni midalja tad-deheb fil-judo. Fil-kategorija – 57 kilo NORA GJAKOVA għelbet lil SARAH LEONIE CYSIQUE ta’ Franza li sfat skwalifikata wara li fil-finali wettqet mossa meqjusa bħala perikoluża meta niżlet fuq rasha.

Ġurnata qabel kienet DISTRIA KRASNIQI li rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija – 48 kilogram. Fl-Olimpijadi ta’ Rio kienet MAJLINDA KELMENDI li rebħet l-ewwel midalja Olimpika għal Kosovo.