Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Weightlifting: Yazmin Zammit Stevens b’rekord nazzjonali f’Tokjo

Il-weightlifter Maltija, Yazmin Zammit Stevens waqfet rekord nazzjonali fil-clean and jerk waqt l-Olimpjadi ta’ Tokjo fil-kategorija tal-64kg.

Fl-snatch, Zammit Stevens irnexxielha terfa’ 84kg filwaqt li fil-clean and jerk irnexxielha terfa’ 105kg biex b’hekk waqfet rekord nazzjonali. Zammit Stevens temme fit-tielet post fil-kategorija tagħha b’punteġġ ta’ 189kg. Hi temmet wara l-Awstraljana Kiana Rose Elliot u l-atleta minn Nicaragua Nancy Ludrick Rivas.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ukoll feraħ lil Yazmin Zammit Stevens, kif ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli.