“Itlob il-protezzjoni tal-Pulizija”
Dan kien il-parir ta’ politiku mill-Gvern Labuirsta lill-Editur tat-Times of Malta Herman Grech,sabiex joqghod attent, u jkollu protezzjoni minn naha tal-Pulizija.
Dan il-politiku li, Grech ma semmihx b’ismu, qallu li jkun aħjar għalih jekk ifittex il-protezzjoni għalih inniffsu u għal żewġ ġurnalisti tal-istess ġurnal. Dan il-parir ingħatalu b’rabta max-xogħol ta’ investigazzjoni li kienet qed taghmel it-Times b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’intervista waqt il-podcast tal-prezentatriċi Trudy Kerr, l-editur tat-Times qal li kellu jitlob il-protezzjoni tal-Pulizija għaliex “qed nittrattaw mal-agħar kriminali li qatt rat Malta”.
Herman Grech qal li l-ġurnalisti tat-Times ħadu r-riskji biex jaħdmu fuq l-investigazzjoni fl-assassinju ta’ Caruana Galizia. Hu tkellem dwar intervisti ma’ ħafna persuni, f’ħinijiet strambi u f’postijiet mhux tas-solut. Hu qal li minkejja pariri li kellu anke mill-avukati, hu ppubblika stejjer li kixfu fatti ġodda b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista.
“Nemmen li hemm persuni li qed jiffaċċjaw il-ġustizzja grazzi għax-xogħol tal-ġurnalisti”, stqarr l-editur tat-Times.
Herman Grech qal ukoll illi hu konvint li l-ġurnaliżmu hu l-aħħar tama li fadallu dan il-pajjiż, u ħeġġeġ liċ-ċittadini jkellmu lill-ġurnalisti fuq temi li jkunu qed iħassbuhom.
//= $special ?>