Futbol Sport

Raphael Varane jingħaqad ma’ Man Utd

Id-difensur ta’ 28 sena Raphael Varane issieħeb lil Man Utd wara aktar minn 10 snin bħala plejer ta’ Real Madrid. Varane, mistenni jingħaqad mat-tim immexxi minn Ole Gunner Solskjaer aktar tard din il-ġimgħa, wara li josserva perjodu ta’ kwarantina mandatorja.

Jidher li Man Utd ħallsu s-somma ta’ madwar €50 miljun biex jiksbu lid-difensur Franċiż, li se jiffirma kuntratt ta’ 4 snin sal-2025, bl-għażla li jestendi l-kuntratt b’sena sal-2026.

Varane lagħab ‘il fuq minn 300 partita ma’ Real Madrid u rebaħ xejn inqas minn 18-il trofew fosthom erba’ darbiet il-UEFA Champions League, tliet Kampjonati Spanjoli, il-Copa del Rey kif ukoll erba’ darbiet it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, Varane kien parti kruċjali mit-tim Franċiż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2018.